HOME 2018-02-09T15:37:12+00:00

KARNIVAL TA’ MALTA

Il-Karnival ta’ Malta hu wieħed mill-eqdem festivals ta’ Malta li jmur lura għal ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja dokumentata sa minn żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Permezz ta’ dan il-festival qed jinħoloq xogħol artistiku ġdid li jżomm għaddejjin it-tradizzjonijiet kif ukoll jirxoxta wħud li spiċċaw maż-żminijiet, fosthom is-satira li hi element essenzjali tal-Karnival storiku Malti. Fl-edizzjoni tal-Karnival tas-sena li għaddiet, inħoloq karru disinjat u dedikat lill-Presidenza Ewropea f’Malta fuq disinn ta’ Steve Bell, li hu cartoonist Ingliż magħruf għax-xogħlijiet politiċi tiegħu.

Hu festival li jgħaqqad lill-komunità u ma jiddiskriminax fl-età jew l-isfondi soċjali. Il-Karnival ta’ Malta hu uniku fid-dinja għax iċ-ċelebrazzjoni artistika tiegħu tinkludi taħlita ta’ karrijiet, żifniet u kostumi elaborati li jitwaħħdu mal-grottesk u s-satira, xi ħaġa li ma ssibhiex f’karnivali oħra.

Dan il-festival storiku ċelebrat b’mod modern u organizzat ilu jservi ta’ vetrina għall-artisti għal dawn l-aħħar 91 sena. Hu mifrux fuq sitt ijiem u ċelebrat madwar il-gżejjer Maltin, bl-attivitajiet ewlenin iseħħu fil-Belt Valletta u jġib lin-nies flimkien biex jiċċelebrawh. Fost l-attivitajiet organizzati jkun hemm ukoll workshops edukattivi hands-on li jkomplu jżidu fl-għarfien tal-Karnival fil-komunità. Permezz ta’ dan l-avveniment storiku, organizzat fi spazju spontanju, tinħoloq teatralità interattiva u improvizzata jew koreografata.

Għan ieħor tal-Karnival hu li jippromwovi festival ta’ kollaborazzjoni sana fejn il-parteċipanti jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fi spazji unifikati madwar l-ibliet u l-irħula, kif ukoll ma’ Għawdex. Dan il-festival li jħallat bosta dixxiplini jġib flimkien xogħlijiet artistiċi li jedukaw lill-udjenzi flimkien permezz ta’ esperjenza unika.

Għan ieħor importanti hu li dan il-festival jilħaq u jattira udjenzi ġodda, inkluż dawk li qatt ma daqu d-dinja mżewqa tal-Karnival. Waqt li jirrispetta l-wirt tradizzjonali, il-Karnival jimbotta biex iqajjem drawwiet minsija f’ambjent ta’ gost u divertiment spontanju li jkompli jarrikixxi d-drawwiet preżenti u passati.

Matul is-snin il-Karnival ta’ Malta ħadem biex itejjeb il-kwalità tax-xogħlijiet waqt li jipprovdi post adegwat fejn dan ix-xogħol jista’ jsir, jintwera u jinħażen. Fuq din l-idea nħoloq il-proġett ġdid bl-isem ‘L-Esperjenza tal-Karnival Malti’ u li dalwaqt se jsir realtà. Dal-proġett ġdid se jara l-bini ta’ villaġġ tal-Karnival li se jitgawda matul is-sena kollha.

Matul is-snin il-Karnival ta’ Malta ħadem biex itejjeb il-kwalità tax-xogħlijiet waqt li jipprovdi post adegwat fejn dan ix-xogħol jista’ jsir, jintwera u jinħażen. Fuq din l-idea nħoloq il-proġett ġdid bl-isem ‘L-Esperjenza tal-Karnival Malti’ u li dalwaqt se jsir realtà. Dal-proġett ġdid se jara l-bini ta’ villaġġ tal-Karnival li se jitgawda matul is-sena kollha.

PROGRAMM TAL-KARNIVAL TA’ MALTA 2018

KARNIVAL FIL-KOTTONERA
Image result for clock png   9.30 – 13.00
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Sfilata tal-Karnival li qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali tal-Kottonera u l-għaqdiet tal-lokal, kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żfin u karrijiet żgħar fost oħrajn. Il-programm jara l-bidu tiegħu minn ħdejn il-Knisja fl-Isla, fejn karrijiet, maskeruni u xi wħud mill-kumpaniji taż-żfin jibdew sfilata li tgħaddi minn max-xatt tal-Isla . Din tibqa’ miexja lejn Bormla fejn fi Pjazza Paolino Vassallo l-kumpaniji taż-żfin jtellgħu l-ispettaklu tagħhom. Il-Karnival tal-Kottonera jiġi fi tmiemu f’Misraħ ir-Rebħa l-Birgu fejn il-parteċipanti tal-isfilata, flimkien mal-banda, joħolqu atmosfera karnivaleska għad-divertiment ta’ kulħadd.

ĊERIMONJA TAL-FTUĦ TAL-KARNIVAL
   Pjazza San Ġorġ
Image result for clock png   18.00 – 19.40
Image result for ticket png €5 – Ixtri l-biljett

Jingħata bidu għaċ-Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival fi Pjazza San Ġorġ bil-Parata Tradizzjonali tal-Karnival, żfin kompetittiv u parata ta’ kostumi.

  Pjazza San Ġorġ
Image result for clock png  18.00 – 20.45
Image result for ticket png €5 – Ixtri l-biljett

Programm fi Pjazza San Ġorġ bi żfin kompetittiv minn Kumpaniji Sezzjoni A u B u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, karrijiet satiriċi u Karrijiet Kumpaniji A.  

   Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika
Image result for clock png   09.30 – 11.30
Image result for ticket png €5 – Ixtri l-biljett

Il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni ta’ żfin minn skejjel privati taż-żfin, Kumpaniji Ċ u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni iżolati u karrijiet satiriċi L-attività tispiċċa għall-ħabta tal-11.30am fi Pjazza San Ġorġ. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.


   Pjazza San Ġwann
Image result for clock png   17.00, 18,00 u 19,00
Image result for ticket png D’ħul b’xejn

Il-Qarċilla bi produzzjoni teatrali mtellgħa minn Teatru Malta. ‘L-Għarusa Karfusa’ hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita, però bejn frotta u ħaxixa.


   Pjazza San Ġorġ
Image result for clock png   17.00 ‘il quddim
Image result for ticket png €10 – Ixtri l-biljett

Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin sezzjonijiet A, B u D, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ. L-attività tispiċċa wara d- 9pm. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.


   Pjazza Tritoni
Image result for clock png   
20.00 ‘il quddim
Image result for ticket png  
Dħul b’xejn

Ballu Tritoni 18 se jseħħ madwar il-Funtana tat-Tritoni qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Il-kumpaniji tal-Karnival kollha kif ukoll il-pubbliku ġenerali hu mistieden jieħu sehem. Il-ballu li se jibqa’ għaddej sa tard billejl se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ DJs lokali kif ukoll spettaklu mill-Big Band Brothers.

   Triq il-kbira San Ġużepp, Ħamrun
Image result for clock png   10.00
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Festa Baned hi parata li qed issir għar-raba’ darba fil-Ħamrun orginazzata mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni ta’ Festivals Malta. Fiha jieħdu sehem il-baned Ħamruniżi, il-baned li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Karnival, il-Karru tar-Re tal-Karnival, karrijiet satiriċi u oħra maħduma apposta kif ukoll parteċipanti oħra tal-Karnival, fosthom iż-żeffiena.


   Toroq Prinċipali tal-Belt Valletta
Image result for clock png   12.30
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Sfilata bil-karrijiet u l-gruppi tal-karnival li tgħaddi minn Pjazza Kastilja. Imbagħad tibqa’ sejra lejn il-Fosos tal-Furjana, Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għal Triq Ġlormu Cassar, u lura lejn Kastilja. Imbagħad tgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq ir-Repubblika għal Misraħ il-Ħelsien għall-Pjazza Tritoni u tibqa’ sejra lejn Triq Sarria u Triq San Publiju fil-Furjana.


   Pjazza San Ġorġ
Image result for clock png   14.00 – 20,00
Image result for ticket png€12 – Ixtri l-biljett

Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji sezzjoni Ċ u sfilata bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, Kumpaniji D, karrijiet satiriċi, Karrijiet Trijonfali A,B, Ċ u Karrijiet Kumpaniji A.

It-Tnejn, 12 ta’ Frar 2018
   Pjazza San Ġorġ
Image result for clock png   10.00 – 13.00
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Fl-10 ta’ filgħodu parata u program  ta’ żfin fi Pjazza San Ġorġ minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin inklużi dawk minn Għawdex u min Kumpaniji Ċ Jibdew  min Pjazza San Ġorġ b’defilé ma diversi toroq.


   Pjazza Kastilja, Triq il-Merkanti, Pjazza San Ġorġ, Triq ir-Repubblika
Image result for clock png   15.30 – 21.00
Image result for ticket png €7 – Ixtri l-biljett

Programm ieħor jibda minn ħdejn Kastilja bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji A, B u D u sfilata mmexxija mir-Re tal-Karnival, Maskeruni, Karrijiet Satiriċi, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ u Karrijiet Kumpaniji A. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.

   Pjazza Teatru Rjal
Image result for clock png   09.30 – 14.00
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Tibda parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal, fejn jittella’ programm varjat fuq il-palk bil-parteċipazzjoni ta’ Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.


IL-GRAN FINALE, IL-FLORJIANA
   Pjazza Teatru Rjal
Image result for clock png   18.00 – 23.00
Image result for ticket png Dħul b’xejn

Gran Finale: sfilata finali bir-Re tal-Karnival, karrijiet u kumpaniji madwar il-Furjana li tispiċċa fi Triq Sant’Anna l-Furjana. Tieħu sehem ukoll iz-Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.

KARRIJIET

ŻFIN

KOSTUMI

MASKARUNI

IL-PARATA

0
DĦUL FIL-KONKORSI
0
KARRIJIET
0
KUMPANIJI TA’ ŻFIN
0
MASKARUNI

“Hemm ħidma kbira sabiex il-Karnival u t-talenti marbutin ma’ din il-festa jibqgħu dejjem jissaħħu, filwaqt li nappoġġaw lil dawk kollha li b’xi mod jagħtu sehemhom. Qed nikkollaboraw ma’ entitajiet oħra bħal Valletta 2018 u Esplora biex ninvestu aktar f’attivatijiet interattivi li jġiegħlu lil min qed jattendi jħossu parti integrali mill-Karnival.”

Annabelle Stivala, Id-Direttur tal-Festivals

“Il-Proġett tal-Karnival hu proċess li ħa tliet snin, bi studju serju u b’dedikazzjoni minn kulħadd. Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea (ERDF) u għalhekk dan ifisser li min-naħa tagħna rridu nżommu mar-regoli stipulati. L-għan prinċipali huwa li dan il-ċentru tal-karnival jinżamm ħaj b’attivitajiet tul is-sena kollha f’dik li hija l-Carnival Experience. Żgur li se tisimgħu aktar fid-dettall ’il quddiem dwar l-għan ta’ dan iċ-ċentru u villaġġ. Rigwards il-Karnival innifsu, kull sena qieghdin naraw żieda fit-tiġdid ta’ tradizzjonijiet karnivaleski li kienu naqsu matul iż-żmien bħall-parteċipazzjoni ta’ baned u karrettuni u karrozzini dekorati. Fl-istess waqt is-satira wkoll qiegħda taqbad iktar ritmu. Il-Karnivali fl-irħula qed jiżdiedu u b’hekk il-parteċipazzjoni madwar Malta fil-Karnival tinfirex. Hemm titjib fil-preżentazzjonijiet tal-attivitajiet prinċipali ukoll.”

Jason Busuttil, Id-Direttur Artistiku tal-Karnival

“Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li sena wara l-oħra qegħdin naraw innovazzjonijiet u xogħol li jibni fuq is-suċċessi tas-snin li għaddew, frott il-ħidma tad-dilettanti u l-artisti, flimkien mal-organizzaturi li jwasslulna l-kuluri u l-briju ta’ dawn il-jiem. Bħala Ministeru u Gvern se nkomplu naħdmu biex nappoġġaw it-talent Malti, fosthom dawk li jaħdmu l-karrijiet, maskeruni, maskri u kostumi, iż-żeffiena u parteċipanti, id-dilettanti u l-artisti tal-arti performattiva u l-mużika, u wkoll lil dawk li għandhom sehem fl-organizzazzjoni ta’ din il-festa, li bit-talenti varji tagħhom iwasslulna attività li tgħaqqadna u tferraħna bħala komunità. Id-dilettanti tal-Karnival illum qed iħarsu bil-quddiem lejn tmiem il-ħidma tal-Proġett tal-Karnival li permezz tiegħu artisti differenti se jkunu jistgħu jaħdmu qrib xulxin u b’hekk inkomplu nagħtu nifs ġdid lill-Karnival.”

Owen Bonniċi, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

“Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tkompli tinvesti fil-Karnival b’mod partikolari fejn tidħol il-kwalità tal-attivitajiet u anke n-numru ta’ attivitajiet li qed isiru mhux biss fil-Belt Valletta imma anke lil hinn.”

Jason Micallef, Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018

“The Malta Carnival particularly in Valletta is a major tourist attraction that cannot be missed.
There is a lot of effort behind such an even by highly dedicated people…Indeed Highly recommended.”

Gino Galea, spettatur

“It was amazing, one of the real Malta Experience! Everyone whose coming here in this time of the year must visit it. Trust me you’ll not regret.”

Victor Lesko, turist

“You can experience Malta in one night.”

Michał Sekita, turist,